Ġlieda tajba!

 


Bħal kull skola, il-Liceo Vassalli tal-Ħandaq kellu l-inkwiet tiegħu.  Bħal kull skola, l-istudenti għid li ser jidħlu għal xi biċċa nkwiet jew argument.  Argumenti li fosi llum il-ġurnata narawhom bla sens, pero għal dak iż-żmien konna nieħduhom bis-serjerta' waħda sew.

Forsi wieħed mil-aqwa arguementi li kienu jinqalaw bejn l-istudenti kien min ser jagħmel użu mil-grawnds li kien hemm, għal waqt il-brejk ta' nofsinhar.  L-iskola kellha diversi, fosthom grawnd tal-volleyball, ieħor tal-basketball, u wieħed mdaqqas taż-żrar fejn kienu jintefaw il-maġġoranza tat-tfal.  Il-pika kienet dejjem taqa' fuq min ser juża l-grawnd il-kbir u l-ieħor magħruf bħala ż-żgħir, u li kienu jintużaw għal futbol.

Sakemm ma kienx hemm xi tournament tal-klassijiet, minn dawk li kien jorganizza s-Sur Attard, il-grawnd kien ikun liberu għal min jilħqu l-ewwel.  U hawn kien iqum l-inkwiet.  Il-qanpiena li tfisser il-bidu tal-brejk kont tistħajjilha ukoll il-qanpiena ta' xi ring tal-boxing.  Argument wieħed wara l-ieħor fuq min hadu l-ewwel u min wasal tard għalih.  Dan kollu kien iwassal għal strateġiji qawwija f'attentati ddisprati sabiex għal darba jirnexxielek tokkupa dak il-grawnd prestiġjuż.

Ftit qabel it-tokki tal-brejk, kont tibda tara moviment fil-klassijiet, speċjalment minn dawk iffissati fil-logħba tal-ballun.  Il-ballun kien ikun lest imgeżwer fil-basket tal-plastik.  Fi ftit tal-ħin u waqt il-lezzjoni ta' qabel il-brejk, kien jgħaddi min id għal oħra sakemm jasal għand dak l-istudent l-eqreb lejn il-bieb ta' barra, u li fuq spalltu kien jingħata il-'missjoni' li mal-qanpiena kien jiġri kemm kellu saħħa sabiex ikun tal-ewwel fil-grawn.  B'hekk kien jiggarantixxi li għal dakinhar konna nkunu erbaħna t-titlu li nużaw dak l-imkien.  Il-ħażen ma kienx jieqaf hawn, u bosta kellhom dik l-istess strateġija, u kollox kien determinat min hu l-aktar ħafif, u ma jispiċċax xkanat mal-art qabel jilħaq il-milja tiegħu.

Kien hemm bosta li ħames minuti mit-tmiem tal-klassi, kienu jaħarbu mil-klassi bil-moħbi jew joħorġu b'xi skuża u jieħdu vantaġġ fuq l-oħrajn, li mal-qanpiena kienu jiġru ġirja bla nifs, biex imbgħad kienu jsibu diġa lil xi ħadd frisk frisk jokkuppa dak il-grawnd prestiġjuż.

L-istudenti l-kbar kienu jħossu li l-grawnd il-kbir kien tagħhom bi dritt, u mhux l-ewwel darba kont tara xi tifel daqs naqra jieħodha ma xi ieħor daqsu darbtejn fuq min ħaqqu juża l-grawnd il-kbir.  Kien x'kien min kien jirnexxielu jikseb dak il-post, kien ikun trattat ta' eroj tal-klassi.  Dik it-taptipa fuq spallejk jew fuq dahrek, jew xi ħadd jgħidlek li issa jħallaslek koka mil-canteen.

Msomma... dakinhar kont tippermetti ma tiskurja l-ebda gowl waqt il-logħba, għax kont diġa meqjus eroj u stilla.  Sintenti, kont tagħmel minn kollox li fuq kollox lanqas ma tiskurja xi gowl fil-lasta tiegħek stess, għax l-istorja kienet tinbidel f'ħakka t'għajn.

U sakemm kont qed tgawdi dak il-mument uniku ta' fama, kont toqgħod tosserva xi ġlieda tajba... fuq min kellu jiġri aktar, u fuq min ma laħaqx il-grawnd għal sufa... 

m'hemmx x'tagħmel... darboħra iġri aktar...jew kun aktar ħażin!

Comments

  1. Normalment meta kien ikun hemm xi tnejn ras imb ras kien jixutjaw il ballun ghall gewwa l ground u ta min kien imiss l ewwel l art tal istess ground kien jikkapparah ghall brejk. Ground? Art tas cement, fejn kien lixx u fejn kien beda jitkisser u jigi ahrax u miskin min kien jaghmel xi sliding tackle!!! Imma iva mumenti u memorji sbieh.

    ReplyDelete

Post a Comment