L-iskola tal-Ħandaq!

 



Niftakarni ċar dieħed ġo din l-iskola bħala student l-ewwel darba.  L-ambjent tal-madwar ma kienx ġdid għal kollox.  Il-fatt li missieri kien għalliem fl-istess skola kien għamilha possibli li dan il-post ġieli rajtu fil-vaganzi tas-Sajf u sakemm l-għalliema kienu għadhom jattendu.

Bħala ex-binja militari navali, l-kumpless kien jagħmilha skola totalment differenti minn dawk tradizzjonali ta' klassi fejn klassi.  Bid-differenza tal-oħrajn, t-tfal riedu jduru minn klassi għal kull suġġett.  Dan kien joħloq atmosfera unika, li bħala student kont forsi tisħet il-ħitan ta' madwarek, waqt li kif tikber kont timmisja dak kollu li kien hemm ġewwa.

L-ewwel sena f'din l-iskola kont bdejtha bil-banda.  Strajk mil-istudenti għax riedu jkeċċu lis-Sur Testa, li sa dakinhar kien surmast sa mil-bidu ta' din l-iskola.  Immaġina ftit, dan it-tifel żgħir tal-ewwel sena, iben għalliem fl-istess skola, mħeġġeġ ma jidħolx fil-klassi għal lezzjoni!  X'jibqa' fik!

L-għalliema fl-iskola, bħal binja, kienu ta' karattru uniku.  Ħafna minnhom baqgħu assoċjati mal-laqam tagħhom.  Mhux b'kattiverja, imma forsi għax il-laqam kien jiġbor fih dak kollu li student kien jassoċċja ma dik il-persuna li kien jaf minn barra.

Is-Sur Testa kien persuna meqjus żorr minn bosta, u kien kultant goff fi kliemu u ħidmietu.  Pero, anke forsi minħabba l-ħbiberija ma' missieri, kelli xorti li kont naf il-lat uman tal-persuna, u kemm kien kapaċi jkun raġel twajjeb u b'qalb taz-zokkor.  Xorta, meta ried jeżżiżni waħda, ma tantx kien qagħad lura!  Kellek ukoll persuna bħas-Sur Galea tal-P.E., magħruf bħala l-Mastro Lindo u hadida kemm fis-saħħa u fil-karattru.  Ma ridtx wisq biex jekk ma tkunx attent fil-klassi tiegħu jipprova "jixroblok l-abjad t'għajnejk bl-istraw!".  Umbgħad kien hemm is-Sur Mifsud, jew aħjar il-Makku.  Persuna ta' stoffa, imma li kellu ħabta jkeċċik mil-klassi u ftit ħin wara jispiċċa jċanfrek għaliex qed tiġġerra barra!  Kien hemm ukoll il-Maestro Schembri.  Persuna li l-mużika kont taraha fil-passjoni tiegħu lejn is-suġġett u l-lezzjoni kienet dejjem l-aktar waħda vibranti!  U fuq kollox kien hemm karattri bħas-Sur Attard, ir-Ronnie.  Persuna ta' dixxiplina kbira, li kont issibu mal-iskola kollha.  Persuna li ħarstu biss kienet biżżejjed sabiex ma niċċajtawx u ma naħlux ħin fi tnikkir żejjed.  Jekk jarak ħafif fil-ballun, is-Sur Attard għid li kien ser jħeġġek sabiex tirsisti u mhux l-ewwel darba li wasal xi student li jispiċċa fit-tim nazzjonali.

Pero il-binja u l-ambjent tal-madwar kienu uniċi ta' vera.  Malli ninżlu mil-private konna mmorru ġirja għal waħda minn noticeboards ħalli naraw x'għandna free lessons.  Umbgħad kien hemm sistema sħiħa ta' passaġġi msaqqfa ħalli jiproteġġuna mil-elementi kollha, pero dawn kienu jinbidlu fi grawnds żgħar b'xi ballun tat-tennis, probabilment misruq mil-Marsa tal-ingliżi li kienet viċin.  Il-klassijiet kollha kienu maghmrin bil-fannijiet ta' żmien l-ingliżi u bil-blackboard idur u bil-platform taħt l-għalliem!  Umbgħad kellna t-tuck-shop u l-kamra minn fejn iqassmu l-ħalib!  Laboratorji u sa kamra magħmra sew b'gym u oħra b' mudell ta' komjuter, li għal bidu tas-snin disgħin kienet xi ħaġa rari ħafna!

Imsomma, ta' tifel li kont kienet istutizzjoni li għamlitni dak li jien... u ma jiddispjaċini xejn!



Nota:  L-għalliema li semmejt, sfortunatament m'għadhomx magħna, u semmejthom bl-ebda disrispett, anzi b'rispett kbir għal ħidma kbira li ħallew warajhom.  Fuq kollox insemmi ukoll dawk l-għalliema li għadhom magħna, u li daqshom għamlu xogħol siewi u ta' valur.  Naf ħaġa waħda; hemm ġew dħalna tfal, u ħriġna rġiel u li għadna rikonoxxenti għal dak il-post sallum il-ġurnata.  Ħasra biss li minn dik l-istruttura kollha, illum ma fadal kważi xejn.


Comments

  1. L-iskola tal-Handaq kienet it tieni dar tieghi ghal 21 sena. Gibtli nostalgija kbira specjalment meta semmejt ir-Ronnie. Zminijiet li ma ninsihom qatt. La darba tmiss mal-Handaq, il-qalb tibqa' marbuta.

    ReplyDelete
  2. L aqwa skola... niftakar is sur busuttil asnt head bil beetle u s sur bonello u sant ukoll asnt heads. Robin hood tal maths, il bulldog tal Malti, Mr Stylon, Mr Blackman... zminijiet sbieh... u niftakar il fuq il PA BRIFFA itla administration ISSA. Good old times.

    ReplyDelete
    Replies
    1. is-sur busuttil ghadu haj u jghix wadhu.

      Delete
  3. Patrick Sacco19/8/20 3:06 PM

    Kburi li kont wieħed mill-ewwel studenti li 'żanżant' il-Liċeo Vassalli. Jekk kien hemm għalliema li verament kont nibża' minnhom kienu r-Ronnie u s-Sur Cardona tal-P.E. Hemm ġew qattajt l-isbaħ ħames snin ta' ħajti. R.I.P. dawk l-għalliema kollha li m'għadhomx magħna.

    ReplyDelete
  4. Grazzi lil kulhadd tal-kummenti taghkom!

    ReplyDelete
    Replies
    1. Inti tifel tas Sur Mangani tal Geography?

      Delete
    2. Daniel,jekk jiftakarna missierek ghallem kemm lilhi u kemm lill hija Sandro Lauri. Send our regards mil qalb.

      Delete
  5. X nostalgija qanqalt. Zmien mill isbah. Sawwru fina dixxiplina. Rip lil kull min hallina kemm studenti kif ukoll ghalliema.

    ReplyDelete
  6. Daniel d'Anastasi19/8/20 3:27 PM

    "Niftakarni ċar dieħed ġo din l-iskola bħala student l-ewwel darba. L-ambjent tal-madwar ma kienx ġdid għal kollox. Il-fatt li missieri kien għalliem fl-istess skola kien għamilha possibli li dan il-post ġieli rajtu fil-vaganzi tas-Sajf u sakemm l-għalliema kienu għadhom jattendu."

    ReplyDelete
  7. Brian Borg19/8/20 3:40 PM

    Zanzantha mill-Form 2 sal-Form 5...zmien li ma ninsa qatt!

    ReplyDelete
  8. Daniel June u int konna l istess klassi. Kien zmuen sabih fejn l aqwa ghalliema kellna skola go ambient uniku

    ReplyDelete
  9. Daniel June u int konna l istess klassi. Kien zmuen sabih fejn l aqwa ghalliema kellna skola go ambient uniku

    ReplyDelete
  10. Daniel June u int konna l istess klassi. Kien zmuen sabih fejn l aqwa ghalliema kellna skola go ambient uniku

    ReplyDelete
  11. X'nostalġija!! Inħossni kburi li dħalt student Form 1 meta fetħet f'1981. Illum il-ġurnata għandi s-sodisfazzjon li ngħallem hemm ukoll! Għalliema li kienu jgħallmuni bħal Frankie Azzopardi (Maths) u Dennis Formosa (Studji Soċjali) lħaqthom bħala kollegi fl-iskola l-ġdida. Żmien tad-deheb!! Tassew 'dħalna tfal u ħriġna rġiel'.

    ReplyDelete
  12. Skola tal-genn! Naqbel mieghek li il-fatt li konna niccaqalqu minn bini ghall-iehor kien tajjeb ghall mohhna. Kellna ghalliema mill-aqwa. Jien ser insemmi Frankie Azzopardi tal-Matematika u Pawlu Pace tal- Biology. U ma' rridx ninsa il-hbiberiji li ffurmajt ma' tfal ohra ghal bqija ta' hajti, avolja llum noqghod il-boghod minn Malta. Dawk il-hames snin kienu krucjali ghall karriera tieghi u ma' ninsihom qatt. Grazzi tal-memorji!

    ReplyDelete
  13. David Saliba19/8/20 5:13 PM

    Kont student ghal 5 snin u haddiem ghal 22 sena ohra fl- iskola .Ma tistax tinsa lit- tieni dar tieghek.

    ReplyDelete
  14. Prosit tar-rakkont. Gibtli nostalgija ta' 5 snin mil-aqwa. Niftakar sewwa iz-zmien meta riedu jnehhu lis-Sur Testa. Dak in-nhar kond Form 5 u ma niddejjaq xejn nghid li tajt sehemi biex inheggeg studenti ohra biex nuru li t-tnehhija tas-Sur Testa ma kienet approvata xejn minna. Ghalkemm konna nibzghu minnu konna nafu li kien iridilna l-gid u xejn anqas. Bhal ma qalu ohrajn qabli kellna ghallima li kienu veru dedikati. Kull darba li nisma li gie nieqes xi hadd minnhom, nitnikket avolja ilni li hallejt l-iskola aktar minn 30 sena illum il-gurnata.

    ReplyDelete
  15. Niftakarha qisu l-bierah. Kont dhalt fl-ewwel grupp Form 3D. Niftakar u nfahhar lis-Sur Pace tal-Ingliz. Shakespeare konna nsejhulu b'immaginazzjoni kemmxejn fqira. Cilia tal-Malti u Camilleri Gauci tal-Maths. Ghalliema u skola li tat hafna frott. Ninsab grat.

    ReplyDelete
  16. Niftakru hafna lil Mr mangani u kien jghallimni . Gieli morna mieghu Ghawdex San lawrenz. Zmien indimentikabbli li ma ninsieh Qatt. Skola , surmast , ghalliema u studenti li qattajt zmien sabih maghhom. Grazzi

    ReplyDelete
  17. James Buttigieg19/8/20 8:04 PM

    Is-sur Testa kien jistenna li ninzlu mil karozza biex jara li nkunu bl uniformi kompluta, jekk le lura dar. Dixxiplina li llum ma nafux xi tkun. Dak kien zmien.

    ReplyDelete
  18. Zmien sabih bdejt form 1M u jidhirli spiccajt form 5F

    ReplyDelete
  19. Zmien sabih bdejt form 1M u jidhirli spiccajt form 5F

    ReplyDelete
  20. Ir-Ronnie kien beda lis-'Spring Fest', illi wara bdew jagħmluwa skejjel oħra.
    Il-fatt li esperjenzajna lis-skola b'dik lis-struttura, kien privileġġ, avolja ma kienx jider li hu.

    ReplyDelete
  21. Ex student tal-5G jien,hekk hu vera kien zmien sabih.

    ReplyDelete
  22. Spring fest!! Prosit il min fakkar lisbah żmien ta skola...tant hu hekk li warajha ma stajt nidra mkien iktar...

    ReplyDelete
  23. Jien bdejt fiz-zmien l-istrajk tal-ghalliema (1983) u spiccajt ftit wara l-istrajk tal-istudenti (1988). Zmien fejn iltqajt ma hbieb ta'vera, ghalliema ta' vera, u kieku kelli nerga mmur lura ghal dak iz-zmien ma nahsibiex aktar minn darba. Grazzi mill-qalb lil kullhadd!

    ReplyDelete
  24. Prosit tal-artiklu!

    Niftakarkom it-tnejn, kemm lilek u kemm lill-missierek.

    Nostalġija li għadni nġorrha miegħi sal-llum. Niftakar id-dieqa li qabditni meta tlaqt minn din l-iskola wara 4 snin, u mort fi skola oħra.

    Konna verament ixxurtjati li attendejna f'dak iż-żmien f'din l-iskola, għax bla dubju li kienet l-aqwa skola tal-istat.

    Grazzi tal-memorji, Daniel!!

    ReplyDelete
  25. Vera gabli memorji sbieħ. Jiena daħal Firm 1 meta fetħet u bqalt sa l ahhar. Nixtieq I semmi ukoll lil Mr Licari u lil Mr Alden talart u l Mr Cilia li kien jieħu ħsieb il library. Ma nosnsa qadt meta konna organizzajn Disco fl iskola. Ħafna preparamenti u importanti li tħalli kollox Unit wara il parti. Ixxiplina sabiħa li ma għandekx issib. Konna familja kbira sabiħa.

    ReplyDelete
  26. Zmien li ma jintesa qatt. Meta dhalt Form 1, kien hemm il- protesta biex ma jitwaqqafx il Head Master Testa. Kien hemm ghalliema b'dixxiplina mill-aqwa u studenti tajbin! Kien hemm xiberbgha karatri sbieh ukoll imma dawn dejjem trid issibhom. Bhala ghalliema kelli Torpiano, Scotti, Azzoppardi, Bugeja u ohrajn linkienu maghrufin bil-laqam, Cumpaq, Cowboy, il-Mulej, ix-Xemx u hafna aktar ghalliema li tellawna studenti mill-ahjar.

    ReplyDelete
  27. Niftakar kont dhalt hemm fil form two. I s Sur Testa nafulu sal mewt ghax niftakar li ridt nitlaq fil form three biex immur tas snajja.Kien qattali il karti u waddabomli f wicci wsra li kien informa lil genituri tieghi.Illum fehimt kemm kien ihobb l istudenti kollha bla pregudizji.U riedna nkunu l ahjar.L isfortuna kienet li kien ikollna hafna bomb scares li telfuna lessons prezjuzi.U kellna ukoll l istrajk tat teachers.Pero irkuprajna malajr u kuhadd irnexxa xi ftit jew iehor biex ikun ahjar.Irrid nzid u nirringrazja lis sur Mifsud il Makku li fil break kien itina lessons bxejn tal Malti Taljan u Gharbi.Ragel sew li jhobb jaghllem! U x maghmilnielux fil klassi lol.Imma llum nistghu naprezzaw dawn in nies.Kburi li kont parti mill Liceo Vassalli.

    ReplyDelete
  28. Antoine Borg8/11/20 10:32 PM

    L isbah zmien ta hajti. Klassi 5 B.

    ReplyDelete
  29. O zmien helu kif ghaddejtilna. Il-Liceo Vassalli bl-ghalliema ta kwalita u ta stoffa liema bhala, kienu l-ghira ta' kulhadd. L-istudenti konna kburin li nghamlu parti. U ghadna.
    Kien hemm dixxiplini kbira, specjalment mis-Sur Testa u Sur Attard. Ronnie Attard "Irranga dik l-ingravata u dak l-ghonq tal-qmis". Kliem li ghadu jidwen.
    Dhalt meta fethet l-iskola. Niftakar xi whud mill-ghalliema li kull meta nitlaqa' ma' xhud ghad hemm rispett reciproku. Insemmi specjalment lis-Sur Cardona tal-PE. Sal-lum ghada tigini suduzzjoni li nghidlu Alfred. Dejjem Sur Cardona. L-istess is-Sur Attard u s-Sur Mintoff tal-PE. Is-Sur Pace tal-Ingliz kien uniku. Kien jaqra l-letteratura b'karizma. Is-Sur Magro tal-Maths u famuza frazi tieghu "How much wood could a woodchuck chuck if a woodchuck could chuck wood ?" Dun Mikiel tar-religjon u ghalliem iehor ta-religjon li kien biswit. Is-Sur Mifsud tal-Malti. Kien hemm teacher tal-History. Ma niftakarx ismu. Jidhirli kien bil-bastun. Kien enciklopedija ta' l-istorja ta' Malta. Il-fitness tests mas-Sur Galea tal-PE. U zgur ma ninsiex l-imqarbin u l-buzullotti u l-praspar li ghamlu. Those were the days. Lest we forget all those who were inspirational in one way or the other for our futures. Grazzi mill-qalb.

    ReplyDelete
    Replies
    1. Inzid lis-Sur Keredine Karma tal-Gharbi. Kien mit-Tunesia. Gentlom kbir. Jidhirli kien halliena wara incident bir-rota got-Tunesia.

      Delete

Post a Comment