Diġa kelli rakkont ieħor fuq tfuliti l-iskola Primarja ta' Raħal Ġdid, pero dan l-aħħar erġajt ftakart f'din is-sitwazzjoni li kienet ġrat darba minnhom.
Bħal kull sena, r-ritorn fil-klassi wara l-vaganzi tal-Milied ma kienx ikun wieħed daqstant mistenni. Konna nkunu nafu li appena nidħlu fil-klassi konna ser nitlaqaw b'xi time table ta' meta huma l-eżamijiet ta' nofs is-sena. Kont nitwerwer tassew, u fuq kollox eżami ma kont naf lil ħadd li jkun qed jistennieh b'ċerta ħeġġa.
Pero malli nidħlu fil-klassi konna ukoll żmien li xi ħadd iġib miegħu xi ħaġa ġdida fil-pocket. Xi lapes ġdid u bil-gomma fit-tarf, xi karti jarmu r-riħa ta' fjuri, jew inkella xi pinna bl-arloġġ diġitali jew b'xi dgħajsa fuqha timxi minn naħa għal oħra fuqha. Msomma, dak kollu li forsi nkunu qlajna għid erħilna niftaħru jew nippuppaw ma' kulħadd x'għandna ġdid. Il-bużillis hi li bosta tfal kienu jixtru mil-istess ħanut, allura dejjem kien hemm iċ-ċans li bħalek ikollu ħaddieħor. Dik is-sena ġara li kulħadd sab jixtri temprina bil-mera fuqha. Prodott ċiniż li probabbilment kien jiġi bħala parti mil-bulk buying ta' dak iż-żmien, imma li għalina kienet xi ħaġa vera faqa'... ovjament għax kien żmien ieħor.
Biss, kif dħalna fil-klassi mhux insejna il-mera, hekk kif daħlet l-għalliema u avżatna li l-eżamijiet huma wara l-bieb, u sabiex nkunu preparati sew, dakinhar stess kienet ser tagħmel test...hekk paqpum għal istaġib ta' kulħadd. Ħadd ma stennieh u wisq aktar ħadd ma prepara għalih, speċjalment wara vaganzi ta' ħafna festini, ikliet u logħob mal-kuġini. Biex tkompli tgħaxxaq it-test kien ġenerali fuq kollox, allura ridt tkun lest għal kollox. L-għalliema mil-ewwel bdiet tqassam il-karti waqt li l-bqija tal-klassi bdiet trodd is-slaleb forsi Alla jibgħata tajba.
U hemm beda kollox, u hemm reġgħet daħlet fix-xena il-famuża temprina bil-mera. Uħud mil-klassi li qajla kellhom ħeġġa għal dan it-test, raw kif għamlu u kif lemħu il-ftit raġġi tax-xemx ta' filgħodu bdew jirriflettuhom mal-ħajt b'dik il-mera. Dan kollu sakemm l-għalliema kienet mitlufa f'dak il-mazz karti u fil-ħeġġa li lilna tittorturana b'dak it-test allarieda.
Imma f'ħin minnhom fettilla rat rifless minnhom fuq il-blackboard li ġibtilha l-attenzjoni, u bħal leħħa ta' berqa daret sabiex tara min kien dak il-gustuż li qed joġgħbu jibilaw f'għajnu waqt il-lezzjoni tagħha... u kif dahret sabet lili eżatt b'idejja ħierġa mil-pocket sabiex noħroġ it-temprina tal-mera sabiex nittempra il-lapes bil-lest għal dak it-test li ma kelliex aptit.... test li aktar spiċċajt umbrajt, għal qlajt l-għajta ta' ħajti u spiċċajt il-ħati ta' kollox għax kont l-unika wieħed b'dik it-tip ta' temprina f'idi.
Niftakar li kien kas tipiku ta' post ħażin...fil-ħin il-ħażin... u fuq kollox niftakar li nikkopja id-Denfil kollu bħala kastig!
Grazzi... Mario... tafni birra fuq din, għax issa inutli ngħidlek għamilli l-kastig int!
Comments
Post a Comment