Żjara l-isptar

 


Niftakar sew meta xi qarib tagħna kien ikun rikoverat l-isptar.  Tista' tgħid il-familja kollha kienet tkun mferfxa u l-ħsieb kien dejjem ikun biex immorru narawh.  L-isptar San Luqa qatt ma laqatni, u r-riħa partikulari li kont ixxomm f'dawk il-kuriduri kesħin, kienet tkompli titfani lura milli nżur dan il-post.  Pero ta' tifel li kont, kont nara din l-okkażjoni bħala avventura ukoll.

L-istennija mal-grada ta' barra kienet waħda minnhom.  Folla mdaqqsa kienet tkun qed tistenna li jsir il-ħin sabiex kulħadd jidħol fil-ħin taż-żjarat.  Ma stajtx tisgiċċa minn fejn xi erba' rġiel mustaċċuni bil-qmis kaħla b'għajnejn ta' seqer ma jmurx jaħrab xi ħadd.  Jien kont dejjem nħares lejn ix-xatba tal-ħadid tiela' u nieżla ma' kull karozza li tgħaddi, umbad tieħu dik it-tisbita hekk kif terġa titniżżel f'postha.

Waqt li tistenna, kont tilmaħ li kulħadd kien ikollu f'idu xi ħaġa x'jieħu lil pazjent.  Min xi borma mgeżwra f'xi sarvetta ħalli l-ikel jibqa' sħun, min xi pakkett gallettini, min pakkett krakers mis-sofor jew xi flixkun ilma kbir.  Magħhom kien ikun hemm ħafna li kien ikollhom xi borża tal-karti kannella, b'xi nofs tużana larinġ.... xi ħaġa li qatt ma fhimt.  La min qed iżżur ma jiflaħx, kif ser jiflaħ iqaxxar jew jagħsar larinġa?

Mat-tokki tal-ħin, in-nies kienet taqbad tiġri qishom l-aqwa żwiemel fil-korsa tal-Marsa.  Tellieqa waħda għal min jasal l-ewwel.  Aħna magħhom konna naqbdu t-triq sabiex nidħlu f'dik il-binja li kienet tkexkixni.  Hemm ġew jibda' dawrien kontra dawrien, rġiel daqsiex bil-ġagagi bojod li kont nibża biża minnhom tgħidx kemm, sakemm fl-aħħar naslu fejn min kellna nżuru.

Hemm konna niltaqaw ma bosta familjari oħra li ġew jaraw lil povru pazjent... kulħadd iparla u għaddej konverżazzjoni waħda, kif inhu dak u l-oħra, u kliem fuq kollox u fuq kulħadd u f'kemm ili ngħidlek isir il-ħin u n-ners tibda' tavża lil kulħadd li sar il-ħin li kulħadd jitlaq 'l hemm.  Ftit ftit kulħadd jibda' t-triq lejn il-bieb ta' barra.... u jien?

Jien kont nibda' naħdeb bejni u bejn ruħi... x'morna nagħmlu?  Naraw lil pazjent, jew kellimna lil kulħadd ħlief lilu, miskin?

Comments

  1. Prosit.... min jaf kemm fost il gimgha kont nibqa canteen nistenna, jixtruli xi pastizzi u flixkun x'nixrob u b'xi ktieb ghal kumpanija. Il- Hadd kont nidhol u l- istess kont nghid. Povra nanna nsewha qishom. Kullhadd jitkellem barra man nanna. Kif inkunu sejrin kienet tghidilna huduh maghkom laring, ghax jitlaq hawn.

    ReplyDelete
  2. Lewwel memorja li ghandi ta st Luke's hija tassew tal biki. Niftakarni,tifla ta 5snin diehla ma ommi fil karma mortwarja biex nara lil missieri meijer. Niftakar wish l-bierah il gwardjan ma tante xtaq idahhalni

    ReplyDelete
  3. This is the hospital I had my tonsils taken out when I was I little girl, a very long time ago

    ReplyDelete
  4. Il pastizzi kemm kienu ikunu tajbin tal kanteen.

    ReplyDelete
  5. Kienet drawa li lil pazjent tohodlu ftit laring li hafna drabi kienu jinxtraw mil fetha ta quddiem li sptar. L infermiera ta dari kienu jiehdu pacenzja u jasru il-laring huma ghal pazjent.

    ReplyDelete
  6. Niftakar meta kont se nwelled lewwel u lunika tifla tieghi, ir ragel xtara xi pastizzi mil canteen u ghasel nizluli…..xhin telaq u sfajt wahdi twerwirt ghax bdiet tugghani zaqqi u bdejt gejja u sejra t toilet ghax bzajt…..fil fatt lugieh ma kienx mhabba l pastizzi , imma mhabba l contractions li bdew jizdiedu….

    ReplyDelete
  7. Niftakar meta Ommi kienet se tixtri konna mmorru hdejn l emergenza u jifthulna t twieqi zghar u nidhlu minn hemm

    ReplyDelete
  8. Ma kienx xi gmiel imma drawwiet kienu sbieh li tistenna wara kancell tistenna kantin dawk il padtizzi

    ReplyDelete
  9. Xorta konna ninqdew biex
    Ma nghidx servizz kien ahjar

    ReplyDelete
  10. Qatt ma nista ninsueh dan li sptar ghax welliedt lil uliedi u mietuli ommi u missieri

    ReplyDelete
  11. Niftakru sewwa mmur nara l ommi kwazi kuljum
    Il kantin kien tal biza mahmug min kien inaddaf l imwejjed jixhet l frak fl art !

    ReplyDelete
  12. Niftakru ok, niftakar is sorijit jihdu hsibu u kien ikun badif imqaxxar, u stretti hafna, pero they kept it immaculate, u l' wards li kont fiejom jien niftskar kont tinsel isfel ghal xi medicine,

    ReplyDelete
  13. Niftakar meta nehhejt tunsili kelli 21 sena.is sala kien hemm soru qisa suldat ta Buckingham Palace ma thalli l hadt jithol hdejn l pazjenti.

    ReplyDelete
  14. Kemm kienu tajbin il pastizzi tal canteen u id dixxiplina tas sorijiet

    ReplyDelete

Post a Comment