Niftakar meta kont tidħol ġo skola ġdida mil-ewwel ġranet kienu jibdew iduru l-laqmijiet ta' uħud mil-għalliema. L-iskola tal-Ħandaq ma kienetx eċċezzjoni minn dan kollu. Bil-kemm tkun għadek drajt isimhom li xi ħadd jgħidlek x'inhu l-laqam tiegħu, u kont tispiċċa aktar tiftakarhom hekk. Bla ebda disrispett, imma ċera laqmijiet baqgħu f'moħħi anke illum li kbirt.
Ibda mil-amministrazzjoni sal-aħħar għalliem, kollha b'xi mod kienu jispiċċaw fil-mira tal-istudenti. U kont tiskanta kif kienu jsibu l-laqam perfett. Uħud kienu jkuu assoċjati mal-istatura u l-wiċċ tal-persuna, bħal ma kienu Hitler, il-Mulej jew inkella Robin Hood jew anke San Franġisk. B'xi mod dawn meta kont tħares lejhom kont tispiċċa tara xebħ uniku.
Kellek oħrajn li l-laqam kien emfasi fuq l-isem, tipo l-Bużu, ir-Ronnie u l-Bjaġju. Is-Sur Testa kien żorr biżżejjed li forsi konna nibżgħu naħsbu f'laqam, pero dawk kollha li ġew warajh ma ħelsux minn dan id-destin... kif ġralu l-Pijojju, li illum anke ismu spiċċajt insejt. Oħrajn kienu jlaqtu laqam frott l-immaġinazzjoni tal-istudent... il-Mastro Lindo... Fr. Sex...il-Makku.... Shakespeare....iż-Żiemel... msomma, kienet kreattivita' li ma kelliex limitu.
Ir-riskju kien dejjem li ma tmurx tkun fil-klassi u minflok Sir, kien joħroġlok il-laqam. Hemm kont tissogra li tispiċċa fejn is-Sur Testa, u minn hemm ħoll xagħrek u ġib iż-żejt.
Oħrajn kien jispiċċa isimhom stess li kważi jiġi interpretat bħala laqam, u qajla kont tinduna...il-Craus....Blackman....Zribi...Karma....u oħrajn.
Forsi llum il-ġurnata li kbirt ħafna minnhom nsejthom u qajla għadni niftakarhom.
Imma...stenna ftit... hemm ieħor li għadni niftakru sew.... il-Caveman... tgħid min jaf għalxiex hux?
Mhux nistgħaġeb għax anke aħna fis-Seminarju konna nfaqqawlhom il-laqmijiet lit-teachers li dak iż-żmien, fil-bidu tas-sittinijiet , kienu kolla qassisin. Il-minus one, il-belula, li skin n'bones, u ħafna oħrajn li għadda ħafna żmien biex niftakarhom kollha.
ReplyDeleteIt-Toto, Spotty, Joghnos, Bexxex, ic-Charlie, is-Sewwa,
DeleteGħandi suspett li r-ritratt fil-verita' huwa tal-istaff tal-Liċeo tal-Ħamrun fis-sala ta' taħt l-art...
ReplyDeleteSejjer zball. Dak tal Handaq fit tmeninijiet.
DeleteRitratt zgut tal Handaq xi 1987...u xi nejdu ghal Bettihu😁
ReplyDeleteGrazzi lil kulħadd tal-kummenti li ħallejtu u anke battuli fil-privat. Ritratt huwa tal-Ħandaq 1984.
ReplyDeleteKien żmien verament sabiħ. Forsi għax konna moħħ ir-riħ, imma żgur għandi memorji sbieħ f'dik l-iskola. Grazzi talli erġajt fakkarna
DeleteGhalliema ta veru. Zmien li qatt ma jerga jigi lura. Nostalgija ta veru.
ReplyDeleteKienu lisbah zminijiet tat tfulijtna,kien ta unur ghalina li konna skola TAL HANDAQ mil ewwel gurnata li fethet
ReplyDeleteX'nostalgija.... kien zmien tassew sabih li jibqa' mnaqqax f'mohhi!!
ReplyDeleteIl bobo, il merkurju, bulldog, IX xadin, fagott
ReplyDeleteIl-Fonzie u l-Mixtri xi hadd jiftakarhom?
ReplyDelete