Ir-radju

 


Niftakar meta ta' kull nhar ta' Ħadd konna mmorru xi dawra x'imkien bil-karozza.  Skoss familji jduru u xeba' tfal jgħajjtu waqt xi logħba ħarba jew noli.  Kull familja kienet iġorr magħha ħafna affarijiet u ikel.  Kulħadd bil-biża' li ser mmuttu bil-ġuħ allura kien jinġarr kull tip ta' ikel.  Kont tara familji sa dixxijiet sħaħ ta' għaġin kienu jġorru magħhom u ma dan xi termos kafe u gallettini kemm trid.  Kulħadd kien iġorr li jrid, u tista' tgħid dejjem kont tara xi ħaġa ġdida għand xi ħadd, li sal-Ħadd ta' wara kont tara oħrajn bħalu.  Kont nistħajjilhom kompetizzjoni ta' min kien kapaċi jifqa' l-karozza bl-aktar affarijiet.

Imma ħaġa li ma kienet tonqos qatt mil-familji kollha, kienet r-radju.  Kaxxa mdaqqsa mhux ħażin u li ara jfettillek tinsieħ warajk, għax ibqa' ċert li konna nduru lura għalih.  Kien apparat li ma setgħax jonqos milli jiġi din id-dawra magħna.  Kien hemm Ħdud li kien ikollna aktar minn wieħed għax kulħadd ried jisma' tiegħu.

Stazzjonijiet lokali ma' kienx hawn għajr wieħed nazzjonali.  Ta' kull nhar ta' Ħadd wara nofsinhar kien ikun hemm dejjem John Muscat li bejn diska u oħra kien jitfa' dejjem xi ċajta bil-kunjata...u jfaqqa' daħka li anke jekk iċ-ċajta kienet tkun bla sens, għid li xorta kien jġiblek tbissima!  Kien hemm min fuq din il-kaxxa kien ifittex stazzjon taljan, u joqgħod jisma' l-kummentarju minuta b'minuta mal-logħob kollu tal-futbol taljan, li dak iż-żmien kien kollu jintlgħab fl-istess ħin.  

Min dan ir-radju kien jitfgħu fuq il-mejda u jieħu nofsha, u min kien joqgħod jippassiġġa b'din il-kaxxa mqabbda ma' widnejh ma' jmurx jitlef xi ħaġa.

U l-jum tal-Ħadd kien jispiċċa b'ħafna radjijiet jagħtu fl-istess frekwenzi u tindaqq l-istess diska, imma dejjem kien ikun hemm dak li għadu jiġġieled mal-aerial u ħlief textix mhux jisma'!











Comments