Diġa kelli l-opportunita' f'dan il-blogg li nsemmi esperjenzi oħra fil-Liceo Vassalli tal-Ħandaq. L-aħħar darba semmejt uħud mil-għalliema, biss, din id-darba xtaqt naqsam l-esperjenzi tal-binja nniffisha. Toqod taħseb ftit, għas-snin tiegħu, dak il-post kien fih kollox, u affarijiet oħra li skejjel tal-llum lanqas joħolmu bihom.
It-tqassim tal-binjiet mqassma fi spazju kbir kien diġa xi ħaġa li llum tara differenti. Fost dawk il-huts kollha kien hemm tnejn mdaqqsa sew - waħda kienet is-sala priċipali u l-oħra kienet il-gymnasium. Is-sala, jew kif konna nafuha il-hall, kienet tant kbira li kienet tesa' t-tfal kollha tal-iskola. Iż-żewġt binjiet kienu bl-art tal-injam, li qajla toħlom li jkollok sala llum il-ġurnata b'art bħal dik.
Niftakar sew ukoll li kien hemm żmien li din is-sala kien żdied televixin mdaqqas waħda sew. Fi żmien li konna għadna fil-bidu li naraw xi televixin tal-kulur, kien diġa' hemm dan l-apparat u biex taxxaqha kien kbir, allura aktar konna niċċassaw lejh. Kien jintuża għal waqt il-lezzjoni tal-Ingliż u naraw il-film tal-Lord of the Flies, jew inkella f'xi free lesson kienu darba dawrulna E.T., li kien għadu kif ħareġ ftit xhur qabel!
Fil-binja ta' maġenb l-Administration, kien hemm kamra żgħira li kien fiha kompjuter. Iva, sewwa qed ngħid kompjuter. Fi żmien meta kompjuters lanqas kont issibhom daqstant faċli, kienu jiswew flejjes kbar u fuq kollox kienu meqjusin xi ħaġa ġdida, kien hemm dan l-apparat li għalina kien jagħmel mirakli. Fil-kamra ta' faċċata mbgħad kien hemm apparat tal-gym. Kienet xi ħaġa ġdida ukoll, u li naħseb l-ebda skola llum il-ġurnata ma tintrama b'dan l-apparat bl-opportunita' li tagħmel dan it-tip ta' eżerċizzju. U jekk tidħol hemm ġew, ridt tbiddel bit-tracksuit, iġġorr miegħek xugaman u fuq kollox ara kien ifettillek issabbat dak il-piż għax b'rasek kien idur!
Lejn it-tarf tal-iskola niftakar ukoll li kienet żdiedet kappella żgħira. Niftakar sew li kienet proġett ta' grupp ta' studenti tal-Form 5. Dak iż-żmien l-eżamijiet tal-O Levels stajt tagħmilhom fil-Form 4, u kellek possibilita' li l-aħħar sena tkun moħlijja. Dawn l-istudenti, flok ħlewha kienu qattaw ħinhom u trasformaw kamra bl-imbarazz f'kappella ħelwa u mgħamra b'kollox kif suppost.
Dawn l-affarijiet kienu uniċi, u tieqaf ftit u taħseb, anke għal llum il-ġurnata huma affarijiet kbar. Dan biex ma nsemmiex il-kmamar tal-pottery bil-forn b'kollox, l-laboratorji tax-Xjenza u l-PA System ma' l-iskola kollha li zgur jiftakar kulħadd.
Iva dak l-imbierek PA System... x'memorji...
"Ding... Dong... il-klassi Form 5O kollha...jitilgħu FUQ ISSA!!!"
ET u First Blood ...
ReplyDeleteMemorji tal-genn. L-iskola ma ninsewha qatt- mill-binjiet sal-ghalliema (u anke l-"out of bounds" :) )
ReplyDeletezmien brillanti tal-iskola sekondarja. fil form 5 kien hemm xi teacher cekoslovakk kien jiehu hsieb it tfal bil freelessons u konna naraw films. kien ghogobni ET u return of the Jedi...
ReplyDeleteIl-Ħandaq kienet skola unika li għaddiet minn fażijiet differenti. L-ewwel binjiet tal-iskola kienu l-blokks qrib id-daħla, il-1, 2, 3, 12, 16, 15, 14 u l-administration blokk. Fil-bidu dawn kienu kollha b'sular wieħed (dan jispjega t-turġien esterni u kemmxejn strambi wara li nbnew is-sulari ta' fuq). L-idea oriġinali (meta l-iskola kienet barracks tas-suldati, jidhirli li kien hemm il-4th HAA tal-artillerija) kienet li mill-ajru tidher bħala raħal tipiku Malti. Meta l-iskola bdiet tespandi fin-numru tal-istudenti nbdnew is-sulari ta' fuq. L-aħħar fażi ta' żvilupp kienu n-nissan huts jew romney huts (li ħafna jaħsbu li kienu l-aktar binjiet antiki fl-iskola).
ReplyDeleteIt tickets biex tmur toilet Jew administration
ReplyDelete