Għeluq snini



Il-lejl ta' qabel għeluq snini ma kontx nista' norqod.  Il-ħsieb li l-għada kont sejjer l-iskola bil-kejk, u kif ser nqatta' dik il-ġurnata li għalija kienet l-aqwa waħda, ma kienx jgħin sabiex norqod.  

Dejjem bl-istess dilemma fuq lil min ser nagħżel minn dawk sħabi sabiex indur fil-klassijiet u kulħadd ikantali il-'Happy Birthday'. 

Kien jum tassew speċjali li kont nibda' niprepara għalih minn ġranet qabel.  Il-kejk kien dejjem magħmul minn ommi d-dar u ħafna drabi kien dejjem jkun b'xi forma jew disinn speċjali, inkella relatat mal-gosti tal-mument...ħafna drabi forma ta' karozza jew bit-tema' tal-futbol.  

Għal dak biss ukoll kien ikolli ġenn sabiex nasal l-iskola u fuq kollox nara lil sħabi jgħiduli prosit tal-kejk daqs li kieku kien kollu xogħoli.

Mur għidilhom li jien kull ma għamilt li qadt nilgħaq l-bqija tal-krema minn mal-Kenwood!

Comments